Nhar il-Ħamis 8 ta’Frar 2022, id-dinja iċċelebrat il-Jum Dinji għal Internet Aktar Sikur (Safer Internet Day) b’attivitajiet f’kull rokna tad-dinja. Bit-tema ta’ “Flimkien għal Internet Aħjar”, l-għan prinċipali kien internet iktar ġust u sikur għalina lkoll, speċjalment għaż-żagħżagħ.
George kien pjuttost attiv fil-preparamenti għaċ-ċelbrazzjoni ta’ dan il-jum f’Malta.
L-ewwel nett, George, flimkien ma’ Youth Ambassador oħra intervistaw lill-Hon Dr.Micheal Flazon, il-Ministru għas-Solidarjeta’ u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal. Waqt l-intervista ġew diskussa, fost oħrajn, il-perikli online u s-sigurta online. L-Hon Dr.Micheal Falzon qalilna wkoll il-Ministeru tiegħu x’qed jagħmel biex jkollna internet aktar sikur, u ddiskutejna kif problemi bħal dawn għandom jiġu mħarsa, kemm fuq skala Nazzjonali u anke fuq waħda Ewropea.
Flimkien ma’ BeSmartOnline! (Safer Internet Center Malti) George għen fil-kreazzjoni ta’ filmat biex jiġi ppubblikat fil-Jum Dinji għal Internet Aktar Sikur. L-għan ta’dan il-filmat kien biex jiġbor l-opinjonijiet ta’ adulti li jaħdmu fis-Settur ta’ sigurta’ ta’ minorenni u sigurta’ online, u l-opinjoni ta “BiK Youth Ambassadors”. Dawn l-opinjonijiet ġew ppreżentati waħda wara l-oħra, biex jidru ċari d-differenzi bejn iż-żgħażagħ u adulti professjonali. L-għamla u l-‘post-production’ tal-filmat kienu fdati f’idejn George.