Dehert fuq

Ftit mill-postijiet li ismi ssemmha fihom​
DWAR George4all

Naqra żgħira dwari

Aw sieħbi! Jien George Vella, magħruf aħjar bħala George4All. Bħala persuna kurjuża dejjem nipprova affarijiet ġodda. Dik l-attidudni wasslitni sabiex nikkolabora qarib ma’ bosta aġenziji differenti, li jvarjaw mill-Uffiċċju għall-Kummisarju għat-tfal, sal-Kummissjoni Ewropea u żgħażagħ b’mod ġenerali.

Jien ukoll qatt ma nitlef opportunità sabiex nsemma leħni, li tatni bosta esperjenzi fejn stajt naqsam l-ħsibijiet tiegħi. Minn diskorsi fuq Panels Ewropej, għall-Indirizz li tajt ‘l Kabinett Malti, jien nħobb id-diskors pubbliku. Darba kultant nħobb ukoll nikkrea l-videos tiegħi stess, jew bħala self-production, jew b’kollaborazzjoni ma’ aġenzija.

DWAR GEORGE4ALL

Ambaxxatur għaż-Żgħażagħ

Waħda mill-irwoli prinċipali tiegħi hija li nirrappreżena liż-żgħażagħ f’bosta attivitajiet differenti. Jien nikkolabora mill-qrib mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal, Aġenzija Żgħażagħ, ŻAK Malta, JAAKLAC Iniciativa u Better Internet For Kids, sabiex nieħu sehem f’attivitajiet differenti fejn fihom naqsam l-opinjoni taż-żgħażagħ fuq temi differenti.

Regolarment nipparteċipa f’attivitajiet Maltin, bħal Strateġija fuq l-isport Skolatisku u nifforma parti mill-Kunsill għat-Tfal

Jien ukoll nipparteċipa f’bosta attivitajiet Ewopej. Dawn jinkludu l-intervista li għamilt lill-Uffiċjali Għolja tal-UE fis-Safer Internet Forum tal-2022, u niddiskuti l-Impatt li se tħalli fuq it-tfal l-Att tas-Servizzi Diġitali waqt id-DSA Stakeholder event li sar fl-2023.

DWAR GEORGE4ALL

Diskors Pubbliku

Ħila li tmur id f’id max-xogħol li nagħmel bħala Ambaxxatur għaż-żgħażagħ huwa d-Diskors Pubbliku. Indirzzajt lill-bosta individwi u gruppi ta’Prestiġu. Fost dawn hemm il-Kabinett Malti, MPE individwali, u Policymakers Ewropej.

Jien ukoll inħobb kull ċans li jkolli biex nagħti xi diskors, u tkellimt quddiem udjenza f’kollox minn ċelebrazzjoni tal-Epifanija, għall-messaġġ tal-għeluq fit-tmiem tal-edukazzjoni sas-16-il sena, waqt l-aħħar Prize day li attendejt.

Ingħatajt ukoll tifkira minn Aġenzija Żgħażagħ talli kont l-Aqwa Kelliem Maskili fid-dibattitu tal-Young Parliamentarians tal-2023.

DWAR GEORGE4ALL

Kreazzjoni tal-Kontenut Onlajn

Matul is-snin, ħdimt fuq bosta proġetti differenti, li kollha kemm huma għallmuni iktar fis-setturi ta’ Video Editing u Photo Manipulation, fost oħrajn.

L-akbar proġett kurrenti huwa li naħdem ma’ aġenziji, bħaċ-Ċentru għall-Internet aktar Sikur f’Malta, BeSmartOnline! sabiex naħdmu fuq videos flimkien.

Jien għandi preżenza fuq Youtube wkoll. George4All jiffoka fuq produzzjonijiet ta’ valur għoli, li jkopru bosta temi differenti. George4EAS huwa ddedikat għal-Xenarji EAS, li huma simulazzjonijiet ta’ x’jista jiġi mxandar fuq it-TV jekk ċertu xenarju kellu jiġri fil-ħajja veru. George4Extras jiffoka fuq kontenut extra, bħal-preservazzjoni ta’ mumenti importanti personali, nazzjonali jew internazzjonali, jew inkella videos li nixtieq nippreserva onlajn.

 

DWAR GEORGE4ALL

Ditta Unifikata

Jista jkun li nnurajt l-użu tal-isem ‘George4All’, mhux biss tul il-website sħiħa, iżda anke f’affarijiet oħra. Għalkemm George4All beda bħala laqam b’ċajta għall-Youtube Channel tiegħi bejn wieħed u ieħor fl-2018, illum kiber għal isem li jista għodd għall-preżenda online tiegħi kollha.

George4All huwa Ditta Unifikata li tgħaqqad il-proġetti differenti tiegħi kollha flimkien. Din il-website hija extensjoni ta’ dik il-viżjoni, peress li hija hub ċentrali fejn il-viżitaturi jistgħu jaċċessaw kull ħaġa relatata ma’ George4All

 

Trid nitkellmu waħda?
Ikkuntattjani!