Aw sieħbi!

Jien George Vella, magħruf aħjar bħala George4All. Jien żgħażugħ ta' 17-il sena li noqgħod l-Imġarr, Malta. Tista' tiddeskrivini bħala Kreatur tal-Kontenut Online, Ambaxxatur għaż-Żgħażagħ u Kelliem Pubbliku.

Forsi rajtni fuq

Jekk wiċċi mhux ġdid għalik, probabbli rajtni fuq xi waħda minn dawn.
ĦARSA TA' MALAJR

Min jien?

Bħala persuna kurżitarja, dejjem nara fejn nista’ nitbassas. Din l-attidudni wasslitni sabiex naħdem mill-qrib ma’ bosta aġenziji differenti, u nkun qisni pont bejn iż-żgħażagħ, u bosta aġenziji differenti, fosthom l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal u l-Kummissjoni Ewropea.

Nara li qatt ma nitlef opportunità fejn nista’ nsemma’ leħni. B’hekk kelli bosta opportunitajiet fejn stajt naqsam l-opinjoni tiegħi. Minn kelliem f’Panels Ewropej, għal meta indirizzajt il-Kabinett Malti, dejjem kelli mħabba kbira lejn il-kelliema pubbliċi. Ġieli ngħamel xi filmati, jew bħala proġett personali, jew inkella billi naħdem mill-qrib ma’ xi aġenzija.

ĦARSA TA' MALAJR

X'nagħmel?

Waħda mill-irwoli prinċipali tiegħi hija li nirrappreżena liż-żgħażagħ f’bosta attivitajiet differenti. Jien nikkolabora mill-qrib mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal, Aġenzija Żgħażagħ, ŻAK Malta, JAAKLAC Iniciativa u Better Internet For Kids, sabiex nieħu sehem f’attivitajiet differenti fejn fihom naqsam l-opinjoni taż-żgħażagħ fuq temi differenti.

Regolarment nipparteċipa f’attivitajiet Maltin, bħal Strateġija fuq l-isport Skolatisku u nifforma parti mill-Kunsill għat-Tfal. Jien ukoll nipparteċipa f’bosta attivitajiet Ewopej. Dawn jinkludu l-intervista li għamilt lill-Uffiċjali Għolja tal-UE fis-Safer Internet Forum tal-2022, u niddiskuti l-Impatt li se tħalli fuq it-tfal l-Att tas-Servizzi Diġitali waqt id-DSA Stakeholder event li sar fl-2023.