Aw sieħbi!

Jien George Vella, magħruf aħjar bħala George4All. Jien żgħażugħ ta' 16-il sena li noqgħod l-Imġarr, Malta. Tista' tiddeskrivini bħala Kreatur tal-Kontenut Online, Ambaxxatur għaż-żgħażagħ u Kelliem Pubbliku.

Forsi rajtni fuq

Jekk wiċċi mhux ġdid għalik, probabbli rajtni fuq xi waħda minn dawn.
ĦARSA TA' MALAJR

Min jien?

Bħala persuna kurżitarja, dejjem nara fejn nista’ nitbassas. Din l-attidudni wasslitni sabiex naħdem mill-qrib ma’ bosta aġenziji differenti, u nkun qisni pont bejn iż-żgħażagħ, u bosta aġenziji differenti, fosthom l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal u l-Kummissjoni Ewropea.

Nara li qatt ma nitlef opportunità fejn nista’ nsemma’ leħni. B’hekk kelli bosta opportunitajiet fejn stajt naqsam l-opinjoni tiegħi. Minn kelliem f’Panels Ewropej, għal meta indirizzajt il-Kabinett Malti, dejjem kelli mħabba kbira lejn il-kelliema pubbliċi. Ġieli ngħamel xi filmati, jew bħala proġett personali, jew inkella billi naħdem mill-qrib ma’ xi aġenzija.

ĦARSA TA' MALAJR

X'nagħmel?