Flimkien ma 36 żgħażugħ u żgħażugħa minn madwar l-Ewropa, George ipparteċipa fis-Safer Internet Forum ta’ din is-sena fis-27 t’Ottubru 2022.
L-edizzjoni tas-Safer Internet Forum 2022 kienet pjuttost diffferenti mill-edizzjoni tas-snin ta’ qabel. L-ewwel nett, din kienet l-ewwel darba minn wara l-pandemija tal-COVID 19 li l-Forum sar ġo Brussell (alavolja xorta min ried setgħa jidħol online). Apparti minn hekk, peress li s-sena 2022 hija s-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ, iż-żgħażagħ Ewropej kellhom sehem iktar attiv fl-ippjanar tal-okkażżjoni.
Wara li George rċieva invit fit-18 ta’ Mejju 2022, sabiex jipparteċipa fis-Safer Internet Forum (SiF) bħala membru tas-SiF Youth Advisory Group (YAG), mal-ewwel aċċetta l-istedina. Is-SiF YAG ikkonsista minn 10 parteċipanti tal-BiK Youth Panel tas-snin preċedenti, li flimkien mal-Insafe u mal-BiK Youth Organisers għenu sabiex is-SiF jkun verament Forum immexxi miż-żgħażagħ.
Is-SiF YAG ltaqgħa regolarment bejn Mejju u Ottubru, fejn għenu jifformaw l-aġenda għas-SiF. Huma għenu fl-għażla ta’ żewġ kelliema, Jacob Donegan (Content Creator Irlandiż) u Lijana Risen (Mindset Influencer Ġermaniża) sabiex jitkellmu waqt is-SiF. Huma ntgħażlu peress li t-tnejn li huma batew minn Cyberbullying, iżda rnexxierlhom jgħelbu l-isfida u jinsiraw lill-nies minn madwar d-dinja biex jagħmlu l-istess. Is-SiF YAG ukoll ingħataw l-opportunita’ li jagħżlu x’riedu jagħmlu waqt is-SiF. George, flimkien ma Mollu ntgħażlu sabiex jintervistaw Uffiċċjali Għolja tal-Unjoni Ewropea. Is-SiF YAG ukoll għażel grupp żgħir ta’ rapreżentanti (George kien wieħed mit-3 li ntgħażlu) sabiex jippreżentaw l-ideat tagħhom lill-rapreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea. Wara xi diskussjonijiet bejn il-YAG u l-KE, l-aġenda tas-SiF kienet iffinaliżżata. Xi xahar qabel is-SiF, il-laqgħat ta’ bejniethom żdiedu u fost l-affarijiet li bdew jagħmlu, bdew jippreparaw id-diskorsi tagħhom għal waqt is-SiF.
25 t’Ottubru
Fil-25 t’Ottubru, il-maġġoranza tal-membri tal-BiK Yotuth Panel (BiK YP) u SiF YAG waslu ġo Brussell u bdew jaħdmu fuq l-preparazzjonijiet għas-SiF. George u l-kumplament tad-delegazzjoni Maltija telqu minn MLA (Ajruport Internazzjonali ta’ Malta) fis-07:56, u waslu FCO (Ajruport Fiumicino ta’ Ruma) fid-09:06. Minn hemm, biex jaqbdu l-connecting flight ġrew għall-ajruplan li jmiss li telaq minn FCO (Ajruport Fiumicino ta’ Ruma) fl-10:33 u niżlu BRU (Ajruport Internazzjonali ta’ Brussell) f’12:22. Minn hemm rikbu s-shuttle li ħadithom f’ nhow Brussels Bloom, l-hotel li qgħadu fiha u l-istess post fejn sar is-SiF.
Wara li waslu, huma telaw mal-ewwel biex jiltaqgħu mal-membri tal-BiK YP u SiF YAG li kienu diġa waslu. Wara xhur, u għal ftit minnhom, iktar minn sena jitkellmu online biss, kienet ħaġa surreali li fl-aħħar iltaqgħu wiċċ imb’ wiċċ. Wara qabda tgħannieq, huma poġġew f’ċirku u bdew jintroduċu ‘l xulxin u lgħabu xi ice-breakers biex jgħaddu l-ħin. Għal xi s-14:38 huma ltaqgħu ġo kamra tal-konferenzi sabiex jilgħabu icebreaker mal-kumplament tal-grupp (inkluż l-aduli li kienu qed jieħdu ħsieb l-grupp), jiddiskutu d-diska u l-performance li kienu se jagħmlu s-SiF u jiddiskutu x’ kienu se jagħmlu l-għada. Wara l-laqgħa tlestiet, huma ngħataw basket, badge u pronoun pins. Huma ngħataw ċ-ċans li jippreparaw l-punti li jsemmu fid-Deep Dive sessions. Kien hemm 2 Deep Dives fis-SiF, u George kien ‘firestarter’ fit-tnejn li huma. Xħin lestew, u kulħadd beda jiċċekkja l-kmamar ta’ xulxin kulħadd baqa mistgħaġeb. Il-kmamar ma kienux kreattivi biss, iżda komdi u kbar.
Xħin lestew jagħmlu l-affarijiet tal-kamra f’posthom, huma ltaqgħu isfel sabiex jimxuha għal-Wolf Food Market biex jieklul-ikla ta’ filgħaxija hemm. Huma ngħataw card li biha setgħu jħallsu għall-ikel u xorb. Waqt l-ikla l-gruppi vera saru magħqudin, u l-mixja l’hemm u l’hawn kabbret l-ħbieberija tagħhom drastikament. Biex jagħlqu l-ġurnata, iltaqgħu fil-Kamra 109 (il-kamra ta’ Molly) u spiċċaw l-jum b’mod eċċellenti.
26 t’Ottubru
Għall-ewwel (u fil-każ ta’ George, l-uniku) ġurnata sħiħa f’Brussell, huma qamu kmieni għal-kolazzjon. Ltaqgħu isfel fit-7:00, ħadu breakfast tajjeb, li fisser bidu perfett għal-ġurnata sabiħa. Għal xid-9:00 huma ltaqgħu għall-laqgħa introduttorja biex jaraw kull wieħed u waħda minnhom x’kienu se jagħmlu. Wara xi ppjanar, u prattika taċ-ċapċipa u l-linja famuża ‘Bikom jew mingħajrkom’ (With or Without you), nqasmu fi gruppi iżgħar. George, flimkien mal-membri tas-SiF YAG ltaqgħu f’ ‘meeting area’, li b’ kumbinazzjoni kienet l-istess waħda li ltaqgħu fiha l-ġurnata ta qabel. Hemmekk huma bdew jgħaddu u jiffinaliżżaw d-diskorsi tagħhom. Huma kienu verament xortiehom tajba li kellhom snack area eżatt fejn kienu qed jaħdmu. Dan fisser li breaks ma qgħadux joħduhom skond il-ħin, iżda xhin fettlilhom. Għal xi 12:30 huma waqfu għall-ikla ta nofsinhar,
Wara l-ikla ta’ nofsinhar, flok komplew xogħlom, huma reġgħu ltaqgħu fil-lobby. Din id-darba biex jmorru l-park Le Botanique, biex jieħdu xi ritratti, xi tiktoks u anke sabiex jirrilassaw naqra. Wara dik il-waqfa tant mistennija, huma marru lura l-hotel fis-14:00 u komplew fuq xogħlom. Din id-darba, marru lura fil-gruppi li diġa kienu maqsumin fihom, iżda x-xogħol ta veru beda hawn. Huma qraw d-diskorsi lill-xulxin, u l-kumplament tal-membri tas-SiF YAG ghenewhom jaraw xi problemi u kif jistgħu jsewwuwhom. La darba lestew, l-iscripts finali ntbgħatu għall-istampar u ż-żewġ gruppi niżlu isfel fil-venue fejn is-SiF kienet se ssir, għall aħħar preparazzjonijiet. Wara dan, huma telgħu lura għall-kamra fejn kienu qabel, iżda issa biex joqgħodu jparlaw, jirrilassaw naqra u jieklu xi affarijiet zgħar. Wara ftit waslet l-pizza u kulħadd beda jiekol.
Wara l-pizza, telgħu malajr fil-kamra tagħhom ħalli jirrilssaw naqra. Umbgħad niżlu għar-rehersal finali, li l-iktar li ffukat kienet li s-sound ħadem sew u li kulħadd kien jaf x’se jagħmel l-għada bl-eżatt. Xhin lestew, George u l-kumplament tal-grupp, li sa dan il-punt saru verament ħbieb tal-qalb, reġgħu telgħu fil-kamra 109. Għalkemm spiċċaw qabel peress li l-għada kien hemm s-SiF, il-kaos u l-gost li ħadu f’dik il-kamra hija ħaġa indeskrivibbli.
27 t’Ottubru
Kulħadd, inkluż George qam kmieni, kemm għax kellhom jagħmlu ċ-checkout kmieni u kemm għax kienu eċitati għall-ġurnata li kienu ilhom xhur jippjanaw għaliha. Wara li George ippakkja kollox, sellem ‘l kamartu għal aħħar darba u niżel isfel. Hemmekk għamel iċ-checkout, ħalla l-bagalja hemm u telaq sabiex jiekol kolazzjon ħafif. Wara l-kolazzjon niżel mal-ewwel jirreġistra ismu għas-SiF. Wara li ġabar l-lanyanrd li fuqha kellha l-isem u fejn se jpoġġu l-parteċipanti ngħata notebook li jistà jerga jintuża u kit sabiex jkun jista jnaddfu. Wara dan kollu daħal flimkien mal-kumplament tal-grupp sabiex jagħmlu l-aħħar preparamenti flimkien mal-mexxejja tagħhom. Il-grupp SiF YAG ukoll iffilmjaw video ma’ Sabrina, l-leader tagħhom.
Meta bdew jaslu l-mistiedna, George u Molly, flimkien ma’ June u Catharina telgħu fuq il-palk, sabiex jistennew l-event jibda. Il-Kummissarju għas-Suq Intern Thierry Breton u l-Viċi President għad-Demokrazija u Demografika Dubravka Šuica wasslu messaġġ permezz ta’ video. Il-panel bejn iż-żgħażagħ u Uffiċjali Ewropej Għolja bdiet eżatt wara. It-tnejn li huma offrew perspettivi li ż-żgħażagħ qablu magħhom u raw li kellhom l-istess idea fuq bosta suġġetti. Mir-regolazzjoni tal-industrija, għal-vuċi taż-żgħażagħ, id-diskussjoni kienet waħda li ħalliet l-frott.
Wara l-‘High Level Opening Remarks’, kemm Jacob u kemm Lijana wasslu messaġġ b’saħħtu, fuq kif ic-Cyberbullying affetwhom. iżda minkejja dan kif irnexxierlhom jsibu safe spaces online. Wara dawn l-messaġġi li verament laqtuni l-aqwa biċċa tas-SiF bidet. Il-performance tal-BiK bdiet bil-parteċipanti jċapċpu flimkien, u mudelli bil-problemi li aħna naffaċċjaw juru l-problemi kbar fuq l-internet bdew jimxu minn mal-udenza għal lejn il-palk. Wara din, diska miktuba speċjalment għal dakihar indaqqet bit-tema li l-bidla se ssir ‘With or without you’. Meta lesties id-diska il-BiK YP s-SiF YAG qamu bilwieqfa jgħollu tabelli bil-frażi ‘With or Without You’ miktuba bil-lingwi Ewropej differenti. Umbgħad bdew diskussjoni fuq il-problemi li ġew murija qabel mill-mudelli. Il-mejda ta’ George iddiskutiet l-impatt tas-Cyberbullying u kif nistgħu nsolvu din il-problema.
Wara waqfa qasira, bdew 2 ‘Deep Dive Sessions’. Dawn id-deep dives kellhom l-għan ta’ mwejjed żgħar jiddiskutu affarijiet differenti, li jinqasmu mal-kumplament tal-kamra fl-aħħar tad-Deep Dive. Għal-ewwel sezzjoni il-mejda ta’ George iddiskutiet kif taffaċċja s-Cyberbullying, u kif tista tittekiljah qabel jibda. Għat-tieni Deep Dive huma ddiskutew dwar il-moniteraġġ tal-impatt li t-transformazzjoni diġitali ħalliet fuq il-wellbieng tagħna. Huma kkonkludew li jekk tirrekomanda affarijiet, flok iġġiegħel lit-tfal tista tgħin kemm lill-ġenitruri u kemm liż-żgħażagħ innifishom. Wara din kellhom break żgħir, ingħataw tifkira żgħira u ngħataw ċertifikat. Wara dan niżlu isfel għas-sezzjoni tal-għeluq tas-SiF 2022. Wara din is-sezzjoni għannqu ‘l xulxin waħda tal-aħħar, u George kien mbikkem dwar li kien se jitlaqhom, u min jaf meta jerġgħa jarhom. Iżda bħal ma jgħid l-Ingliż, All goof things must come to an end.
Għal xi 20:21 telqu minn BRU (Ajruport Internazzjonali ta’ Brussell) and waslu MLA (Ajruport Internazzjonali ta’ Malta) għal 22:41. Wara 3 ijiem mimlijin daqs bajda mar lura għal-ħajja regolari tiegħu, iżda b’perspettiva ġdida fuq is-sigurtà online, ħbiberija sabiħa ma’ kull min kien hemm u memorji li qatt m’huma se jinsew.