Stqarrija għall-Istampa dwar Codesprint

Flimkien ma’ Shylon Attard, u parteċipanti ta’ Codesprint mill-Iskola Sekondarja ta’ Ħad Dingli, George attenda Stqarrija għall-Istampa għall-edizzjoni tal-2023 ta’ Codesprint.

Codesprint hija Kompetizzjoni Maltija fejn il-parteċipanti jevalwaw il-ħiliet tagħhom billi jaħdmu numru ta’ problemi li jirrikjedu l-code, sabiex jaslu sal-Finali tal-kompetizzjoni.

George Vella u Shylon Attard ġew mistiedna li jattendu l-Istqarrija għall-Istampa mill-Iskola tagħhom, allavolja kienu diġà lestew mill-iskola. Wara li ntroduċew ruħhom mal-Onor Clifton Grima, il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, l-istudenti ġew mistiedna li jattendu l-Isqarrija għall-Istampa.

L-Uffiċċjal Edukattiv Josmar Borg fetaħ l-Istqarrija għall-Istampa billi spjega kif il-kompetizzjoni se jkollha 4 livelli differenti ta’sfida, fejn il-kompetituri se jagħmlu set ta’ tasks open-book. Żied billi jisħaq kemm huwa importanti li tinħoloq komunità madwar id-dinja tal-Computing, u semma li dat-tip ta’ sfidi joffru opportunità li jinħoloq dan it-tip ta’ komunità.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Clifton Grima saħaq fuq l-importanza ta’ dawn it-tip t’opportunitajiet, u kkumpara din l-isfida mal-Logħob tal-Istati Żgħar tal-Ewropa, fejn Malta marret aħjar mis-soltu.

Wara li spiċċat l-Istqarrija għall-Istampa, il-Ministru tkellem mal-istudenti, fejn fost oħrajn iddiskutew l-importanza ta’ dawn l-attivitajiet, l-Eżamijiet tal-MATSEC, u Love Island Malta.

George ġie mistoqsi minn TVMNews, il-Kamra tal-Aħbarijiet tax-Xandar Nazzjonali sabiex jagħti l-opinjoni tiegħu fuq din il-kompetizzjoni, fejn qal:

Flok riċetta biex issajjar xi ħaġa, tiktibha għall-kompjuter. Fil-code-sprint din hija l-istess ħaġa bl-uniku differenza li s-suġġetti jagħtuhomlok dak il-ħin u inti għandek ċertu time limit fejn trid tagħmel dawk l-affarijiet f’dak it-time limit. Din naraha bħala ħaġa sabiħa peress li tgħallmek biex inti toqgħod attent għall-ħin u b’hekk issib soluzzjonijiet li kieku ma kontx issibhom qabel.

tvmnews.mt1e3d7a