Klassi ’23
Wara 13-il sena skolastika fi ħdan il-Kulleġġ San Nikola, l-edukazzjoni tiegħi f’dan il-Kulleġġ waqfet hawn. Matul is-snin, l-għalliema li kelli xorti nkun l-istudent tagħhom għallmuni ħafna, ‘l hinn minn dak li kien hemm fil-kurrikulum.
Mill-Primarja fl-Imġarr, għal-Medja r-Rabat u s-Sekondarja f’Ħad-Dingli, komplejt nikber mhux biss bħala student, imma bħala żgħażugħ. L-għalliema u l-ħbieb li għamilt matul is-snin se jibqgħu f’qalbi tul ħajti kollha.
Ma nistax ma nsemmix ‘l sħabi, li biddlu l-iskola minn rutina għal esperjenza ġdida kuljum. Speċjalment matul dawn l-aħħar 5 snin li qattajt mal-kumplament tal-Kulleġġ, għamilt ħbieb ġodda u bnejt relazzjonijiet wisq sbieħ. Mill-Volcanoes għal-Helsinki, naħseb impossibli ma nsemmix ‘l sħabi tal-iskola.
Mill-High Five meta kont fis-6 sena, għad-diskors quddiem il-Kabinett u anke r-rebħa tal-aqwa kelliem fil-Young Parliamentarians, kbirt ħafna mill-ewwel ġurnata fil-Kinder, u ta’ dan nixtieq nirringrazzja ‘l kull min ħadem sabiex jien stajt nikber u nifjoruxxi.
Bħalma semmejt fid-diskors li kelli f’ Jum il-Ħiliet, minkejja l-problemi li affaċjajna flimkien, speċjalment dik tal-COVID 19, kellna vjaġġ edukattiv sabiħ, u li wassalna sabiex nsiru żgħażagħ maturi u b’ħiliet varji.
“Imbierka dawn l-iskejjel li jmexxuna
Fit-triq it-tajba bla nintilfu qatt”