L-2023 fil-qosor

Fl-2023 ġraw wisq affarijiet biex inniżżel kollox hawn, imma għall qasir: Rajna gwerer ikomplu u oħrajn jibdew. Tniedu pjattaformi ta’ midja soċjali ġodda, rajna l-avvanzi impressjonanti li qed jsiru fl-aspett tal-Intelliġenza Artifiċjali. Tħaddnu liġijiet Ewropej bla preċedent relatati mad-dinja diġitali, u ħafna iktar.

Personalment, l-2023 sena kienet sena iktar u iktar speċjali. Fiha ingħatajt l-opportunità li niddiskuti l-Att għas-Servizzi Diġitali fuq Panel f’Brussell. Aġenzija Żgħazagħ tawni t-titlu tal-Aqwa Kelliem Maskili fid-dibattitu tal-Young Parliamentarians fil-Parlament ta’ Malta. Flimkien ma gruppi differenti, organiżżajt il-Prom tal-Kulleġġ San Nikola 2023, attendejt il-Leadership Course ta’ ŻAK Malta, semmajt leħni f’Konsultazzjonijiet Pubbliċi relatati mat-tfal, ipparteċipajt f’bosta attivitajiet organiżżati mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal u Aġenzija Żgħażagħ, u kont attiv fuq skala Lokali, Nazzjonali u Ewropea. Kont intervistat mill-Istazzjon Nazzjonali TVM, The People of Malta, u artiklu li kont ko-awtur tiegħu ġie ppubblikat fuq Global Voices.

Apparti dan, uffiċċjalment sirt wieħed mill-Leaders ta’ ŻAK L-Imġarr u komplejt l-irwol tiegħi ta’ Leader tal-Grupp tal-Abbatini tal-Imġarr. Fl-2023 komplejt il-ħidma tiegħi ta’ ‘Ambaxxatur għaż-Żgħażagħ’, billi għadni nifforma parti mill-grupp Ewropew ‘BIK Youth Ambassadors’, u lokalment qiegħed fil-Kunsill għat-Tfal u ċ-Children’s Advisory Board.

Din is-sena ġiet għad-diskussjoni, u verament ħadt gost niddiskuti suġġetti differenti ma’ bosta mexxejja Maltin u Ewropej. Kelli diskussjonijiet mal-Prim Ministru, Kap tal-Oppożizzjoni, bosta Ministri differenti u anke mal-President tar-Republika. L-2023 wasslitni li niltaqa’ mal-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola u mal-President Emeritu l-E.T. Marie Louise Coleiro Preca.

Sfortunatament f’kuntest dinji ma kinitx l-isbaħ sena. Rajna l-kontinwazzjoni tal-Invażjoni Russa tal-Ukrajna, bid-differenza li l-għaqda bejn il-pajjiżi tal-Puntent kontra r-Russja qed tonqos. Rajna wkoll l-ipokrezija mill-Istati Uniti u l-alleati tagħha meta nitkellmu fuq ħajjet il-bniedem. Jekk tikkumpara ir-reazzjoni tagħhom għall-implużżjoni tas-sottomarin tal-Oceangate li kien deskritt bħala nassa għall-billjunarji, mal-ġenoċidju li qiegħed iseħħ f’Gaża bħalissa sponsorjat mit-taxxi taċ-ċittadini stess, tara dak li qed ngħid.