Fl-Istrina, l-għada tal-Milied, Heritage Malta fetħu l-bibien tal-Palazz tal-President fil-Belt Valletta għall-pubbliku. Bħala student li qiegħed nistudja l-Istorja, affaxxinajt ruħi bil-binja.
Waqt li kont qiegħed indur madwar din il-binja mimlija sa ruħ ommha bl-Istorja, ma stajtx ma ninnutax l-użu kontinwu tal-Malti. Fl-opinjoni tiegħi, dan huwa wieħed mill-aqwa mudelli ta’ tabelli bilingwi li rajt s’issa. Tabelli li jagħtu l-prijorità lill-Malti bħala l-lingwa Nazzjonali, iżda li għandhom traduzzjoni Ingliża taħthom jew ħdejhom. Nixtieq li aktar entitajiet jaraw kif tista’ tħaddan il-Malti, mingħajr ma xxekkel l-esperjenza għal min ma jifhimx il-lingwa Maltija.