Grazzi Heritage Malta!

Fl-Istrina, l-għada tal-Milied, Heritage Malta fetħu l-bibien tal-Palazz tal-President fil-Belt Valletta għall-pubbliku. Bħala student li qiegħed nistudja l-Istorja, affaxxinajt ruħi bil-binja.

Waqt li kont qiegħed indur madwar din il-binja mimlija sa ruħ ommha bl-Istorja, ma stajtx ma ninnutax l-użu kontinwu tal-Malti. Fl-opinjoni tiegħi, dan huwa wieħed mill-aqwa mudelli ta’ tabelli bilingwi li rajt s’issa. Tabelli li jagħtu l-prijorità lill-Malti bħala l-lingwa Nazzjonali, iżda li għandhom traduzzjoni Ingliża taħthom jew ħdejhom. Nixtieq li aktar entitajiet jaraw kif tista’ tħaddan il-Malti, mingħajr ma xxekkel l-esperjenza għal min ma jifhimx il-lingwa Maltija.

Tabella ta’ informazzjoni Bilingwa, bil-Malti u l-Ingliż jingħataw l-istess ammont ta’ importanza.
Tabella bir-ritratti Bilingwa, bil-Malti jieħu l-preċedenza mill-Ingliż iżda bl-istess kobor ta’ tipa, u s-sors isfel b’tipa iżgħar.
Tabella ta’ navigazzjoni, li fiha l-Malti jieħu preċendenza sew mill-Ingliż. Il-Malti hu miktub b’tipa grassa, filwaqt l-Ingliż huwa miktub b’tipa normali.
Tabella timeline li turk x’sar matul iż-żmien, li fiha l-Malti jingħata iktar importanza permess tat-tipa grassa li qed tintuża, filwaqt li fl-Ingliż qed tintuża tipa normali
Tabella ta’ informazzjoni vertikali, fejn fiha l-Malti qed jieħu l-importanza, iżda qiegħed miktub b’tipa tal-istess kobor tal-verżjoni Ingliża.
Tabella li kienet qed tgħatti biċċiet li għadhom mhux irrestawrati, fejn fiha l-Malti qed juża t-tipa moderna ta’ Heritage Malta, b’kobor pjuttost kbir. Minn naħa l-oħra l-verżjoni Ingliża qed tuża tipa normali hija pjuttost iżgħar.