Identitá

Identità, l-isem l-ġdid ta’ Identity Malta, hija l-aġenzija nazzjonali għall-passaporti, karti tal-identità eċċ.

Allavolja bażikament b’xi mod jew b’ieħor kulħadd imiss ma’ din l-aġenzija, is-sit elettroniku tagħhom mhux aċċessibli għal kulħadd. Qabel ma qalbu d-disinn għal wieħed iktar modern, kien hemm għażla fuq in-naħa ta’ fuq tal-paġna fejn stajt tagħżel jekk ridtx tara s-sit elettroniku bil-Malti jew bl-Ingliż.

Sfortunatament, minn mindu għamlu r-rebrand ‘l hawn, din l-għażla tneħħiet mis-sit elettroniku. Biex taċċessa il-paġna bil-Malti, trid iżżid “/mt” wara “identita.gov.mt” b’mod manwali. Allura jien nistaqsi, la l-paġna bil-Malti teżisti, għaliex hija moħbija? Stennejt naqra mhux ħażin biex ntella’ din il-post, imma la għadhom ma rranġawiex s’issa, ma nimmaġinax li se jdumu jaħdmu daqshekk biex jżidulek buttuna “Aqleb għall-Malti”. Intefqu €40,423 fuq din-ir-rebrand, u anqas żiedu menù tal-għażla tal-lingwa?

Kif qiegħed neqred xtaqt nżid din. Għaliex meta nidħol fuq identita.gov.mt, awtomatikament jieħdok fuq il-paġna Ingliża (sakemm ma tkunx aċċessajtha bil-Malti qabel)? Possibli daqshekk ma jimpurtaniex mill-Malti, l-lingwa tagħna?