Aqra s-sit elettroniku tal-JC bil-Malti

Jekk trid tara s-sit elettroniku tal-Junior College bil-Malti, agħfas fuq il-ħolqa ta' hawn taħt.
Jekk trid titgħallem aktar fuq dan il-proġett kompli aqra.

Dwar il-Proġett

Min jien?

Jien George Vella, żagħżugħ ta' sittax-il sena li nattendi l-Ġ.F. Abela Junior College bħala student tal-Ewwel Sena. Jien qed nistudja il-Computing u l-Istorja f'Livell Avvanzat u l-Malti, Soċjoloġija u l-Marketing f'Livell Intermedju.

Għaliex?

Ħloqt dan il-proġett għax bħala student tal-Junior College, li jifforma parti mill-Università ta' Malta, naraha tal-mistħija li ma nistax inżur is-sit elettroniku tal-Junior College jew tal-Universitá bil-lingwa nazzjonali ta' pajjiżna.

Il-Proġett

Għan

L-għan ta’ dan il-proġett hu li juri kif il-lingwa Maltija qed tiġi mwarrba anke fl-edukazzjoni tagħna. 

Hija ħasra li bħala student, l-uniku Malti li rajt s’ issa kien: 

1
L-ittra li jibgħatu l-MATSEC biex javżawk dwar il-ħinijiet u d-dati tal-eżamijiet.

2
Komunkazzjoni mill-Fakultà tal-Malti fi ħdan l-Università ta’ Malta u d-Dipartiment tal-Malti fi ħdan il-Junior College

3
Ċertu attivitajiet organiżżati matul is-sena (allavolja l-maġġoranza xorta jkunu bl-Ingliż biss). 

Fil-Passat

Jekk inħarsu lejn l-ewwel snin tal-Università ta’ Malta, naraw li kull verżjoni tas-sit elettroniku kienet bl-Ingliż. Lejn it-tmiem tal-2007, beda’ x-xogħol fuq verżjoni Maltija tas-sit elettroniku.

Mill 2009 sal-bidu tal-2018 kien hemm verżjoni Maltija li stajt taċċessaha mis-sit prinċipali tal-Università. Din il-verżjoni kellha l-maġġoranza assoluta tal-paġni u l-aħbarijiet tal-Università (Newspoint) maqluba għall-Malti,.

Iżda fl-2018, bħala parti mill-proċess ta’ rebranding li beda fl-2017, l-Università ta’ Malta ħabbret li s-siti elettroniċi se jiġu mġedda. Għalkemm din kienet ħaġa li kellha ssir, u għamlithom jidhru aktar moderni (u mobile-friendly), warrbet il-Malti kompletament mal-ġenb. Il-Malti tneħħa bħala għażla tal-lingwa u s-sit elettroniku sar aċċessibli biss bl-Ingliż.

Kieku kien hemm dewmien biex qalbu l-paġna għall-Malti nifhimha, imma li għaddew 6 snin u għad m’għandiex għażla tal-Malti turi li din mhux ħaġa li qed jaħdmu fuqha.

Azzjonijiet

/// 

Attenzjoni

Sigurtà

Għalkemm kull ħolqa li hemm fil-paġni bil-Malti tieħdok għall-paġni uffiċċjali tal-Junior College, neħħejt il-buttuna tas-‘Sign In’ peress li ovvjament ma taħdimx peress li din hija kopja tal-paġna u nevita akkużi li dan il-proġett jeżisti biex niġbor xi tip ta’ data.

Cookies

Il-banner li jitla’ xħin tidħol fil-paġna li javżak għall-Cookies kulma qiegħed hemm peress li s-sit innifsu għandu dak l-avviż. L-ebda data m’hi qed tinġabar imma qlibt dak il-banner ukoll ħalli tkun esperjenza kompluta.

Kontenut

Dan il-proġett ilni naqra mhux ħażin naħdem fuqu, allura l-kontenut li hemm fuq il-paġna huwa antik. Niżżilt il-paġna lejn l-aħħar ta’ Frar tal-2024.

Minn wara l-kwinti

Tniżżil tas-siti

Bdejt dan il-proġett billi użajt l-applikazzjoni Cyotek WebCopy. Permezz ta’ din l-applikazzjoni, stajt inniżżel il-paġni tal-Università u tal-Junior College fuq il-laptop tiegħi. Stajt naċċessa l-paġni li niżżilt anke mingħajr internet, peress li kienu self-hosted.

Emendar tal-paġni

Sabiex inkun nista’ nemenda l-paġni u naqlibhom għall-Malti, użajt l-applikazzjoni Adobe Dreamweaver. Permezz ta’ din l-applikazzjoni, stajt niftaħ il-paġni li niżżilt fil-pass ta’ qabel u nemenda l-kontenut li kien hemm fihom.

Qari tal-Provi

////

Ippubblikar

////

Dan huwa proġett ta'