Diskors quddiem il-Kabinett Malti

Waqt laqgħa tal-kabinett li saret fl-iskola Sekondarja ta’ Ħad Dingli, George kien mistieden biex jagħti diskors quddiem l-Prim Ministru Malti, Minstri u Segretarji Parlamentari.

Wara li ġie avviċinat mill-Kap tal-iskola fuq dan id-disors, George beda jħejji l-punti ewlenin li xtaq jsemmi f’dan id-diskors. Wara xi tibdil fil-punti, George, flimkien mal-Kap tal-iskola, iffinaliżża l-punti li xtaq jaqsam mal-Kabinett Malti.

Fil-11 t’Ottubru 2022, l-Hon Robert Abela, Prim Ministru ta’ Malta żar l-iskola, ħares lejn klassijiet tas-suġġetti tas-snajja (VET) u tkellem ma’ bosta studenti. Wara li lesta ż-żjara, l-Prim Ministru tela fil-Hall tal-iskola Sekondarja ta’ Ħad Dingli, li temopanjament ġiet mibdula ġo kamra tal-Konferenzi. Wara diskors introduttorju mill-Prim Ministru, li kien bilqiegħda eżatt faċċata ta’ George, it-8 mistiedna bdew jwasslu d-diskorsi tagħhom.

George kien it-tieni mistieden li wassal d-diskors tiegħu. Dan id-diskors iffoka fuq kif is-Sistema Edukattiva Malta ppreparat lil George għall-ħajja ta’ wara l-iskola Sekondarja, l-Importanza tal-attivitajiet Extra-Curricular u kif Ġrajjiet Kurrenti għandom jiġu msemmija fl-iskola. Semma wkoll l-importanza li wieħed jkun kapaċi janaliżża l-politika b’ lenti imparzjali, u kif wieħed għandu jħares lejn x’qed jiġri madwaru b’ lenti infurmata.

Wara li George lesta d-diskors, l-Kamra ċapċpet u sabbtet għad-diskors ta’ George, u l-Prim Ministru nnifsu ta ‘thumbs up’ lill-George. Wara li l-kellima l-oħra lestew d-diskorsi tagħhom, l-Prim Ministru u l-Ministru għall-Edukazzjoni wasslu diskors. Fid-diskors mwassal mill-Prim Ministru, l-punti li semma George ġew msemmija, u l-Prim Ministru innifsu sejjaħ lill-George bħala potenzjalment l-futur mexxej ta’ Malta.

Il-fatt li ġie msemmi fuq l-Aħbarijiet ta’ TVM, ONE News u Pjazza, fost programmi oħra li semmew d-diskors li wassal George, din żgur kienet ta’ suċċess. Ħaġa li ma kienx qed jistenna huwa li wara d-diskors, Karl Stagno Navarra u l-Ministru tal-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal kienu se jfaħħruħ għall-mod professjonali li wassal d-diskors bih. U ma nistgħux ninsew li fl-Aħbarijiet ta’ ONE, d-diskors ta’George ntwera b’mod prominenti. Id-diskors ta’ George ġie msemmi f’bosta gażżetti Maltin ukoll. Fosthom kien hemm it-Times of Malta, MaltaToday u l-Malta Independent.

Diskors

Onorevoli Prim Ministru, Onorevoli Ministri u Segretarji Parlamentari, jien George Vella, żgħażugħ ta’ 15-il sena li bħalissa ninstab fl-aħħar sena tas-Sekondarja.

Bħala student tal-Year 11, diġà tista’ tgħid xbajt nisma’ fuq O-Levels u kemm hi qasira din is-sena. Naf li dawn l-affarijiet huma verament importanti li jissemmew, iżda l-vjaġġ edukattiv tiegħi, kemm verament ippreparani għall-ħajja ta’ wara din is-sena skolastika? L-affarijiet bażiċi li għandi bżonn inkun naf tgħallimthom mill-iskola, imma ma niddejaqx ngħid li hemm affarijiet oħra li xtaqt li tgħallimt mill-iskola.

Ħiliet bħal li titgħallem kif tivvota, titgħallem kif taħdem it-taxxa Maltija, x’bidliet ġejjin għal ħajjitna u kif tħares lejn il-politika b’lenti imparzjali huma kollha affarijiet li nixtieq li ngħataw aktar importanza. Sfortunatament aħna ma nitgħallmux għall-ħajja fil-maġġoranza tas-suġġetti, iżda nitgħallmu għall-karta tal-eżami biss. Għandna bżonn naraw kif dak li nitgħallmu fl-iskola nistgħu napplikawh fil-ħajja ta’ kuljum tagħna għax inkella tista’ tgħid għalxejn inkunu tgħallimnieh.

Kif naraha jien, attivitajiet extra-curricular huma verament importanti, u l-iskejjel għandhom ikomplu jinkuraġixxu lill-istudenti tagħhom sabiex jieħdu kull opportunità biex jipparteċipaw f’dawn it-tip t’attivitajiet wara l-iskola. Infakkru li dawn it-tip t’attivitajiet jgħinu lill-istudenti jkompli jitgħallmu barra mill-konfini tal-iskola.

Għalkemm l-iskola għandha tiffoka fuq tgħalim tradizzjonali, għandu jkun hemm aktar focus fuq ġrajjiet kurrenti. Meta bdiet l-Invażjoni Russa tal-Ukrajna fi Frar li għadda (2022), il-maġġoranza assoluta tal-istudenti ma kinux jafu x’wassal għal din l-invażjoni, u x’kienet ix-xena ġeopolitka ta’ dak iż-żmien. Nixtieq nissuġerixxi li fost it-tgħalim li ningħataw, nitgħallmu kif inħarsu madwarna, u nanaliżżaw x’qed jiġri fuq skala Nazzjonali, Ewropea u Dinjija.

Punt ieħor li xtaqt insemmu hu li nitgħallmu li billi xi ħadd ma jaqbilx miegħek fuq ċertu kwistjonijiet, m’hemmx għalfejn taqlalu kemm tiflaħ, iżda nitgħallmu niddiskutu b’mod ċivili, jekk irridu li l-futur ta’ pajjiżna jkun wieħed li fih nirrispettaw l-opinjonijiet ta’ xulxin.

Fuq nota personali, nixtieq nirringrazzja lill-għalliema li verament jemmnu fl-istudenti tagħhom. Dawn huma t’għajnuna kbira, speċjalment dawk li dejjem jimbuttaw lill-istudenti tagħhom ‘l quddiem u jinkuraġġuhom sabiex dejjem javvanzaw fl-edukazzjoni.

Mit-tneħħija tal-Uniformi Formali, għall-Introduzzjoni tal-Assessjar Kontinwu, l-iskola nbidlet ħafna minn meta dħalt skola jien, u din il-bidla kollha, speċjalment sakemm indrat, ġieli wasslet għal aktar konfużjoni. Il-fatt li kien hemm snin fejn ma konniex nafu x’se jkollna fil-karta tal-eżami sakemm ħarġet is-sample paper kienet ħaġa pjuttost kerha u nixtieq li ħadd ma jgħaddi mill-istess ħaġa.

Minħabba l-COVID, żgħażagħ li għandhom żmien bejn wieħed u ieħor daqsi tlifna bosta opportunitajiet, inkluża l-Work Experience. Nispera li dan il-ħin ittieħed biex tejjibna dawn l-opportunitajiet, u nixtieq li ġew ppjanati opportuniatjiet simili li jistgħu jaħdmu anke f’ċirkostanzi straordinarji.

Biex ngħalaq nixtieq ngħid li jien nemmen li mhux Malta biss għandna bżonn riforma radikali fl-edukazzjoni. L-Eks President tal-Istati Uniti Barack Obama u l-Eks Prim Ministru tar-Renju Unit Tony Blair jemmnu li f’pajjiżhom ukoll hemm bżonn bidla radikali fl-edukazzjoni, u għadhom isemmgħu leħinhom fuq dan is-suġġett sal-ġurnata tal-lum. Iżda nemmen li jekk nifmhu l-importanza tal-edukazzjoni, speċjalment fl-Iskejjel Primarji, Medji u Sekondarji, Il-bidla waħedha għandha tiġi.

Grazzi

Diskors sħiħ ta’ George jindirizza lill-Kabinett Malti
Analiżi tad-diskors ta’ George fuq Pjazza
Laqgħa tal-Kabinett fuq TVM News
Analiżi tad-diskors ta’ George fuq ONE News
George jitkellem quddiem il-Prim Ministru u l-kumplament tal-Kabinett Malti
George mal-Prim Ministru Malti, l-Onor. Robert Abela MP