Avveniment tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali

Flimkien ma’ bosta partijiet interessati fuq l-Att dwar is-Servizzi Diġitiali, George ipparteċipa fl-Avveniment tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali organiżżat mill-Kummissjoni Ewropea.

L-ewwel avveniment tal-Partijiet Interessati tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali fis-27 ta’ Ġunju 2023 huwa opportunità siewja għall-partijiet ikkonċernati biex jinvolvu ruħhom mal-Kummissjoni Ewropea u jikkontribwixxu l-għarfien tagħhom għall-implimentazzjoni tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali. Nikkollegaw mar-rappreżentanti tal-pjattaformi, ma’ dawk li jfasslu l-politika, u mal-esperti tal-industrija hekk kif insawru l-futur tas-servizzi diġitali.

Il-Kummissjoni Ewropea (Tradott mill-Ingliż għall-Malti mill-KE)

Wara li rċieva invit sabiex jipparteċipa f’dan l-avveniment, George aċċetta immedjatament u beda jipprepara l-punti li xtaq jsemmi fuq il-panel.

26 ta’ Ġunju

Fis-26 ta’ Ġunju, George telaq minn MLA (L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta) u qabad titjira connecting għall-BRU (L-Ajruport Internazzjonali ta’ Brussell) permezz ta’ MUC (L-Ajruport ta’ Munich). Meta wasal f’Brussell, wassluh sal-lukanda tiegħu, NH Collection Brussels Grand Sablon.

Meta wasal fil-lukanda, neħħa l-affarijiet mill-bagalja, u telaq sabiex jdur lill-belt ta’ Brussell. Wara li kiel l-ikla ta’ flgħaxija, mar lura l-lukanda, kompla jipprepara d-diskors li kien se jagħti l-għada fuq il-panel, u daħal jorqod.

27 ta’ Ġunju

George qam kmieni għall-kolazzjon, u wara ħareġ mill-lukanda sabiex jerġa’ jdur madwar Brussell. Mar fil-Parlamentarium, il-mużew interattiv tal-Parlament Ewropew. Laqtu l-fatt li kien verament avvanzat mill-aspett ta’ teknoloġija u li setgħa jesperjenzah bl-24 lingwa tal-UE, inkluż il-Malti.

Wara li żar il-Parlamentarium, mexa madwar Brussell u żar bosta binjiet li ra kemm il-darba online. Mexa sal-binja tal-Kummissjoni Ewropea u Dar Malta.

Meta qorob il-ħin tal-Panel, mar sa “The Square” sabiex jagħmel l-aħħar preparamenti għall-Panel. Il-Panel li pparteċipa fiha kienet dik ta’ ħin l-ikla ta’ nofsinhar bit-titlu “Inżommu lit-tfal sikuri online“. Meta beda l-Panel, George mar fuq il-palk mal-parteċipanti l-oħra u poġġa.

L-ewwel intervent tiegħu iffoka fuq kif id-DSA se taffettwa mhux biss lilu, iżda liż-żgħażagħ Ewropej u lill kull ċittadin Ewropew. Ikkompara lid-DSA mall-GDPR u semma kif dan huwa eżempju ċar ieħor ta’ kif l-UE ma tiddejjaqx turi snienha lill-kumpaniji kbar tat-teknoloġija. Semma wkoll ir-reazzjoni pożittiva ta’ TLDR News u Linus Media Group għall-dawn il-liġijiet, allavolja m’humiex Ewropej. George saħaq fuq kif id-DSA tiddistingwi bejn Pjattaformi Online Kbar Ħafna u Startups, ħaġa li tgħin lill-UE ħafna meta jiġu kkreati pjattaformi ġodda (bħall-applikazzjoni Franċiża BeReal.). George semma fuq kif id-DSA mhux biss se ġġib bidla pożittiva ġo bliet metropolitani kbar, imma anke ġo rħula żgħar, bħar-raħal li jiġi minnu George. Finalment semma kif kumpaniji kbar teknoloġiċi jiġbru ħafna data fuqna, u sfortunatament nindunaw meta jkun hemm xi data breach, fejn ikun tard wisq. Spiċċa l-intervent billi qasam t-tama tiegħu li l-UE tkompli ttejjeb ħajjitna.

It-tieni intervent tiegħu iffoka fuq l-azzjonijiet li jippretendi mill-industrija. Semma il-verifika tal-età, peress li sfortunatament huwa faċli ħafna li tiġi abbużata bil-mod kif inhi implimentata bħalissa, u semma l-ironija li għandna liġijiet stretti għall-kontra t-tipjip u l-vaping, imma m’għandniex liġijiet simili għall-servizzi online, meta dawn jistgħu jkunu ħżiena daqshom. Punt ieħor li semma kien kif it-Termini tas-Servizz li jiġu offruti qabel tuża servizz għandhom jkunu eħfef, minflok mimlijin kliem ikkumplikat.

Fl-intervent finali semma kif jisenna li d-DSA se taħdem. George qal li mod ċar sabiex tinduna li d-DSA qed taħdem hi jekk kumaniji barranin jippreferu jirrestrittu aċċess għas-Suq Uniku Ewropew (bħalma diġa jiġri fil-GDPR speċjalment minn kumpaniji Amerikani) milli jimxu mal-liġijiet tagħna.

Meta lesta George niżel u semgħa lill-panel ta’ wara. Wara dak, ħadu ritratt flimkien. George iddiskuta l-panel u l-kontenut li tkellmu fuqu ma’ diversi nies, fosthom rapreżentanti tal-midja soċjali, nies akkademiċi u NGOs.

28 ta’ Ġunju

L-għada George reġa’ qam kmieni, u wara l-kolazzjon dar dawra ma’ Brussell ta’ l-aħħar. Żar ħanut tal-Apple, u rrilassa fi ġnien. Wara rritorna lejn il-lukanda, fejn sab taxi tistennieh ħalli tieħdu lejn BRU (L-Ajruport Internazzjonali ta’ Brussell).

George telaq minn BRU (L-Ajruport Internazzjonali ta’ Brussell) u qabad titjira connecting lejn MLA (L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta) permezz ta’ ZRH (L-Ajruport Internazzjonali ta’ Zurich). Wara tlett ijiem ippakkjati, irritorna għall-ħajja normali tiegħu, b’apprezzament ikbar għall-liġijiet tal-UE li jipproteġuna, u b’ħarsa ġdida lejn is-servizzi diġitali.

Dan l-avveniment ġie diskuss minn bosta outlets tal-midja, fosthom s-sit elettroniku tal-Better Internet for Kids.

George u l-kumplament tal-Panel fil-Panel dwar is-sigurtà tat-tfal online
Ritratt ta’ min ipparteċipa fil-Workshop
George waqt il-panel
Ritratt ta’ George, Sabrina u Daria