Ewroskola

Flimkien ma’ studenti oħra tal-Junior College, George kellu l-opportunità li jipparteċipa fit-8 sessjoni tal-Ewroskola fl-2024. Dan l-avveniment sar fil-binja tal-Parlament Ewropew fi Strassburgu.

It-tema tas-sessjoni li George u l-kumplament tal-grupp attenda kienet tiffoka fuq l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri. Fl-ewwel parti tas-sessjoni, Viċi President tal-Parlament Ewropew Dimitrios Papadimoulis u Amministratur tal-Kumitat FEMM Henry Wasung wieġbu mistoqsijiet fuq temi dwar u apparti mill-Ugwaljanza tal-Ġeneru. Wara, il-parteċipanti waqfu għal ikla żgħira. Fit-tieni parti tas-sessjoni tal-Ewroskola, huma kellhom simulazzjoni tal-irwol tal-Membri tal-Parlament Ewropew. F’din il-parti, il-parteċipanti ingħanataw iċ-ċans li jiddiskutu l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri skont il-‘gruppi politiċi’ li ngħatawlhom. Wara li spiċċaw id-diskussjonijiet, il-pareċipanti ivvotaw fuq l-emendi u l-proposta finali bħala parti mis-simulazzjoni. Fl-aħħar tas-sessjoni, indaqq l-Innu tal-UE u wara ġew diskussi l-Elezzjonijiet Ewropej tal-2024.

George u l-kumplament tal-istudenti apprezzaw l-esperjenza u l-ħin li qattaw fl-Emiċiklu tal-Parlament Ewropew. Din l-esperjenza tathom l-opportunità unika li jitgħallmu iktar dwar kif il-Parlament Ewropew jiffunzjona internament. Apparti mis-sessjoni tal-Ewroskola, l-istudenti tal-Junior College żaru Petit France, il-Mużew ta’ Stassburgu tal-Arti Moderna u n-Notre Dame ta’Strassburgu.

Ritratt tal-Istudenti tal-Junior College qabel is-sessjoni tal-Ewroskola
Ritratt ta’ George qabel is-sessjoni tal-Ewroskola
Filmat qasir tas-sessjoni tal-Ewroskola li attendew l-istudenti tal-JC