No Minor Futures

George, flimkien ma’ żgħażagħ minn madwar id-dinja ha sehem ġol-inizjattiva No Minor Futures, organiżżata mill-organiżżazzjoni ibbażata fl-Amerika Latina bl-isem ta’ JAAKLAC. Matul ix-xhur li dan il-proġett kien attiv, George ipparteċipa u għen kemm felaħ biex din il-kampanja tkun waħda ta’ suċċess. Il-kampanja tnediet uffiċċjalment fit-23 t’Awwissu 2022

Għall-bidu, l-irwol prinċipali ta’ George kien li jipparteċipa fl-oficinas (workshops) li flhom l-parteċipanti kollha kienu jitgħallmu fuq l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali. Dawn l-oficinas kienu juru t-tajjeb u l-ħażin tal-Inteliġenza Artifiċjali u teknoloġiji diġitali li l-maġġoranza tagħna nużawhom fil-ħajja ta’ kuljum.

George ukoll ħa sehem biex jikkrea karattru biex jintuża fil-kampanja. Il-karattru ta’ Skyler ġie maħluq bħala riflessjoni ta’ George innifsu, il-ħajja diġitali tal-lum u kif il-midja soċjali u kumpaniji kbar tax-xiri, bħal Amazon u eBay, kapaċi jinfluenzawna mingħajr qas biss nkunu nafu. Fil-filmat animat ta’ Skyler naraw li għalkemm waqgħu għan-nassa ta’ kumpaniji tax-xiri, huma rnexxierlhom, flimkien mal-familja tagħhom jsolvu l-problema u jaħdmu biex jkunu inqas influenzati.

George ukoll kien attiv fil-produzzjoni ta’ Podcasts. Kien mog]ti l-irwol b]ala l-operatur tekniku, fej assigura li l-podcasts ġew magħmula kif suppost, u bl-inqas problemi possibli. George u sieħbu tal-qalb Dimitris, ingħataw l-podcast tagħhom, fejn fost suġġetti oħra iddiskuttew l-importanza tal-moderazzjoni fuq l-internet, mingħajr l-invażjoni tal-privatezza. Għalkemm George bilkemm jaf jitkellem Spanjol, ngħata l-karigu biex jirrekkordja biċċiet tal-podcast Spanjola u kien ukoll l-preżentatur ta’ din l-istess podcast.

Din l-esperjeza wasslet sabiex George u ftit minn sħabu ingħataw l-opportunità li jiktbu artiklu flimkien li ġie ppublikat fuq Global Voices.

No Minor Futures kienet storja ta’ suċċess, peress li tat lill George, u ħafna żgħażagħ oħra minn madwar id-dinja perspettiva ġdida tad-dinja diġitali li qed ngħixu fiha, u l-importanza li nsemmgħu leħinna, b’ modi kreattivi fuq kawżi li huma qrib qalbna.