Young Parliamentarians 2023

Young Parliamentarians huwa programm li jagħti opportunità liż-żgħażagħ tal- Year 9, 10 u 11 li jiddibattu f’kompetizzjoni nazzjonali. Bit-tema #ejjewniddibattitu, l-istudenti huma mħeġġa li jitgħallmu jiddibattu u jiddiskutu b’lingwaġġ parlamentari.

Qabel l-avveniment, grupp ta’ studenti li se jirrappreżentaw lill-iskola tagħhom jitgħallmu dwar id-diskori pubbliċi, dibattar u kif tkun kunfidenti. Kull skola ingħatat 4 suġġeti, 2 li kellha tiddabatti favuriehom u 2 li kellha tiddibatti kontriehom. Wara ġimgħat ta’ preparazzjoni, George u t-tim tiegħu lestew n-noti li kienu se jużaw fid-dibattitu.

Meta wasal il-jum, is-siġġijiet tpoġġew b’mod li jixbaħ lill-Parlament ta’ Malta, fej kien ċar liem skola kienet kontra liem. Wara diskors qasir minn Aġenzija Żgħażagħ, l-iskejjel li se jikkompeti kontra xulxin kellhom jgħidu isimhom u jekk kinux Favur jew Kontra s-suġġett. L-iskejjel ingħataw ħin sabiex juru l-proposti tagħhom, fi 3 slots b’kollox. Il-ġurija kienet b’esperjenza varja u kienu qed jimmoderaw d-dibattitu u jaraw l-kwalità tad-dibattitu

Din id-darba SNC Sekondarja DIngli rnexxierlhom jgħaddu għall-Finali. Il-finali nżammu fil-binja tal-Parlament fil-Belt Valletta, fejn l-istudenti qgħadu fil-kmamar tal-Kumitati għas-Semifinali u fil-Kamra tad-Deputati għall-Finali. Għalkemm l-iskola ta’ George m’għaddietx għall-Finali, il-parteċipanti kienu kburin li waslu sa dan il-punt.

George ingħata t-titlu tal-“Aqwa Kelliem Maskili” u ngħata premju mill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati. George ħa b’idejn MPs li għandhom x’jaqsmu mal-Edukazzjoni u maż-Żgħażagħ, u ppoża għal ritratt magħhom (Wara li l-Ministru tal-Edukazzjoni kważi waqqa l-biċċa tal-ħġieġ u l-ispeaker qabadha bl-eżatt).

L-Ispeaker tal-Kamra jagħti lill-George Premju tal-Aqwa Kelliem Maskili
Ritratt mid-DOI tal-okkażżjoni
It-tim li rrapreżenta lill-Iskola sekondarja ta’ Ħad-Dingli
Ritratt ta’ kull min għadda għall-finali