L-2022 fil-qosor

Mill-invażjoni Russa tal-Ukrajna għal-mewta tar-Reġina Eliżabetta II, is-sena 2022 ma kinitx l-isbaħ sena f’ kuntest dinji

Iżda personalment kienet waħda mill-isbaħ snin. Din is sena, għamilt vidjo flimkien mal-BeSmartOnline għal Jum Dinji tal-Internet aktar Sigur. Kelli l-opportunità wkoll li nindirizza lill-Kabinett Malti, ħaġa li xxandret fuq diversi midja differenti. Għall-ewwel darba sifirt lejn Brussell bħala parti minn esperjenza, fejn kelli l-opportunità li nipparteċipa fis-Safer Internet Forum, fejn fost affarijiet oħra kont fuq panel ma’ MPE u Head of Unit fil-KE.

Apparti dawn l-esperjenzi kelli bosta opportunitajiet oħra. Din is-sena bdejt nipprepara sabiex eventwalment nsir wieħed mill-Leaders taż-ŻAK Mġarr. Komplejt wkoll mmexxi l-grupp tal-Abbatini tal-Imġarr, apparti li kont voluntier f’Festa Frawli.

Sirt ukoll parti mill-Council for Children u Children Advisory Board. Inkompli mis-snin preċedenti, erġajt ffirmuajt parti minn-National Board for Compulsory Education u erġajt sirt BIK Youth Ambassador.

Nixtieq nirringrazzja lil kull min tani opportunitajiet sabiex nkun nista’ nkun ċittadin attiv u sabiex nkabbar l-ħiliet tiegħi.